Każ ieħor tal-Ebola fi Sierra Leone

L-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa kienet iddikjarat il-Punent tal-Afrika ħieles mill-virus

Uffiċjali ta' Sierra Leone ikkonfermaw li persuna fil-pajjiż mietet kawża tal-virus tal-Ebola. Dan wara li l-WHO (Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa) iddikjarat il-Punent tal-Afrika bħala meħlus minn dan il-virus qerriedi.

Din id-dikjarazzjoni waslet fis-7 ta' Novembru, meta ġie ddikjarat li r-reġjun kien ħeles mill-virus meta nhar il-Ħamis li għadda, l-Liberja ġiet iddikjarata bla virus.

Testijiet fuq persuna li mietet fil-parti ta' fuq ta' Sierra Leone irriżultaw pożittivi għall-virus tal-Ebola. Minkejja dan, il-WHO wissiet li hemm il-possibbiltà li jkun hemm iktar każi.

Qrib l-4,000 persuna mietu bl-ebola fi Sierra Leone biss u 11,000 persuna fir-reġjun kollu sa minn Diċembru 2013.

Il-Liberja kienet l-aħħar pajjiż li kellu l-Ebola, imma minkejja dan, kien ġie ddikjarat ħieles mill-Ebola darbtejn qabel.

More in Socjali