L-Arċisqof Scicluna jgħid li l-Prim Ministru ma kellux għalfejn jirreċta ż-żjara fil-kċina

Jaqbel li l-Musulmani għandhom jitħallew jitolbu l-Imsida

L-Arċisqof Charles Scicluna fuq il-programm reporter ma’ Saviour Balzan meta mistoqsi dwar il-kontorversja tal-Prim Ministru li irreċta żjara fi kċina ta’ koppja li suppost għadha tiżżewweġ u ilhom miżżewġin mill-2008.
L-Arċisqof qal li l-Prim Ministru m’għandux għalfejn jirreċta, “u nispera li darb’oħra meta jżur koppja fil-kċina tagħhom tkun ta vera u mhux reċta.” Sadattant kompla jgħid li hu jammira ħafna l-mod kif Muscat jindirizza lil poplu u li hu lest li jaħdem mal-gvern tiegħu fi “spirtu ta’ kollaborazzjoni u lealta”.
Dwar il-każ ta’ Angelik Caruana qal li bħala Arċisqof għandu d-dover li jipproteġi lil poplu tiegħu mill-karikaturi tal-fidi.
Mistoqsi dwar li ċ-ċelebat jwassalx għal pedofelija fost il-qassisin Kattoliċi, Scicluna wieġeb, “Statistiċi juru li 60% ta’ min jabbuża mit-tfal huma membri tal-familja. Iċ-ċelebat jista jwassal għal frustazzjoni sesswali, iżda r-rata ta’ abbuż ta’ tfal fost il-qassisin biċ-ċelebat huma identiċi daqs dawk fost il-miżżewġin.”
Qal ukoll li l-Musulmani Maltin għandhom jitħallew jitolbu fl-Imsida, “Il-kommunita Iżlamika Maltija qed tikber u nispera li nistgħu ngħixu flimkien u nirispettaw lil xulxin għax Malta tigarantixxi l-liberta tar-reliġjonijiet.”
 

More in Socjali