Jitnaddaf il-wied f'Ħaż-Żebbuġ minn ammont kbir ta' siringi

Wara rapporti fuq is-sit illum.com.mt

Uħud mill-oġġetti li nġabru mill-ħaddiema
Uħud mill-oġġetti li nġabru mill-ħaddiema

Wara rapporti ta' abbuż u periklu relatat mat-teħid tad-drogi f'Wied is-Sewda f'Ħaż-Żebbuġ, fuq is-sit illum.com.mt, b'għadd ta' siringi u oġġetti oħra mormija fi treqja, ittieħdet azzjoni.

Iktar kmieni matul il-jum, ħaddiema tad-direttorat għat-tindif, marru fuq il-post u neħħew il-periklu preżenti billi naddfu ż-żona mis-seringi u oġġetti oħra relatati mat-teħid tad-droga.

More in Socjali