Il-Front favur il-Mina jilqa' l-iżviluppi għal iktar aċċessibbiltà

Front Favur il-Mina jiltaqa' mal-Ministru ta' Għawdex

Il-Front Favur il-Mina jilqa’ l-iżviluppi dwar aktar aċċessibilità bejn Malta u Għawdex u jappella biex l-awtoritajiet jaħdmu għal dan l-istess għan.

F’laqgħa li kellu dalgħodu mal-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, il-Front ressaq il-proposti tiegħu dwar mina li tgħaqqad il-Għawdex ma' Malta.

Fil-laqgħa ġew diskussi diversi punti fosthom it-Three Stage System għal aktar aċċessibilità.

Waqt il-preżentazzjoni tat-Three Stage System il-Ministru rrefera lill-Front għat-tieni punt fejn qed nipproponu li fiż-żmien li ġej jiġi introdott il-fast ferry service. 

Il-Ministru qal li qed issir ħidma mill-Ministeru biex joħroġ public service obligation biex  jibda jopera l-fast ferry minn u lejn Għawdex. Dan sabiex fl-inqas ħin possibli, l-Għawdxin ikunu jistgħu jaqsmu lejn ċ-ċentru ta’ Malta. Bil-PSO eżistenti, il-Gozo Channel ma tistax toffri dan is-servizz.

More in Socjali