Erba’ awturi Maltin fuq Reporter

Reporter, nhar ta' Tnejn fl-10.05pm fuq TVM

Trevor Zahra fost il-mistednin ta' Reporter
Trevor Zahra fost il-mistednin ta' Reporter

Il-programm Reporter ta’ nhar it-Tnejn li ġej, se jieħu xeħta differenti mis-soltu u se jimraħ lil hinn mix-xena politika. Saviour Balzan se jintervista erba’ awturi Maltin dwar il-letteratura Maltija. Fost il-mistednin, Trevor Zahra, awtur li m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni b’mod speċjali fejn tidħol il-letteratura tat-tfal. Ma’ Balzan, Zahra jitkellem dwar l-aħħar publikazzjoni tiegħu, Vespri.

Gerard James Borg, li dan l-aħħar ħareġ żewġ kotba bl-Ingliż, li qajmu dibattitu fil-pajjiż, Sliema Wives u Madliena Married Men, rispettivament. Balzan jistaqsih dwar x’kien l-iskop veru wara dawn il-kotba.

Joe Sultana u Edward Attard huma wkoll mistiedna fuq il-programm ta’ nhar it-Tnejn. Reporter fl-10.05pm fuq TVM b’ripetizzjoni t-Tlieta fis-1.30pm fuq TVM2.

More in Socjali