Arresti fil-Belġju fuq ħsieb ta' xi attakki fl-ewwel tas-sena

Arrestati żewġ persuni fi Brussell fuq 'pjanijiet ta' attakk'

Il-pulizija Belġjana arrestat żewġ persuni fuq suspetti li kellhom pjanijiet biex iwettqu xi attakki fi Brussell fiċ-ċelebrazzjonijiet li jgħalqu s-sena.

Skont uffiċjali Belġjani, saru xi tfittxijiet bejn il-Ħadd u t-Tnejn, f'partijiet differenti tal-pajjiż. F'dawn it-tfittxijiet, instau ħwejjeġ militari u xi oġġetti propogandistiċi.

Il-Belġju ilu fi stat ta' allarm sa mill-attakki tat-13 ta' Novembru f'Pariġi, fejn hu maħsub li diversi minn dawk il-persuni responsabbli, kienu bbażżati fil-Belġju.

More in Socjali