Ta' 10 snin ġiet mibjugħa għas-sess..Ta 13-il sena saret omm..u ġiet stuprata 10 darbiet kuljum

L-istorja ta' Alicia l-iskjava tas-sess li nbiegħet mill-ġenituri tagħha għal $600

 

Ta' 10 snin, Alicia ġiet mibjugħa mill-familja tagħha fid-dinja tal-prostituzzjoni. Ta' 13-il sena saret omm. Għal snin sħaħ kienet tiġi torturata u abbużata sesswalment mill-proprjetarja tagħha. Għalkemm kienet toħlom li tikkommetti suwiċidju qatt ma qatgħet qalbha għal kollox. Din hi l-istorja kommoventi ta' tfajla Messikana ta' 20 sena li rrakuntat l-istorja tagħha wara li rnexxielha taħrab mid-dinja ta' abbużi, vjolenza u sess li ġiet mġegħla tgħix fiha. Hi tgħid li ġiet mibjugħa għal madwar $600 minn ġenituri fqar ħafna. Dawk li ħaduha biex jiddominawha kienu jpoġġuha f'banju mimli ilma kiesaħ għal 5 ijiem sħaħ, isawtuha u jħalluha bil-ġuħ. MInn meta kellha 8 snin kienet taħdem f'bar ta' zijitha li kienet iġġagħla jkollha rapporti sesswali mal-klijenti. U meta ġiet mibjugħa kienet tiġu vjolentata sesswalment (raped) 10 ijiem kuljum. "Il-villaġġ fejn kont ngħix kien ċkejken u n-nies kienu jarawni niġi stuprata kull mument. Ta' 13-il sena welldet tifel. U sa ma kellha sitt xhur tqala kienet imġegħlha tkompli taħdem. Meta twieled it-tifel ħaduhulha u ħadd ma jaf x'sar minnu. Ta' 14-il sena reġgħet ġiet mibjugħa għal 5,000 pesos, diin id-darba mingħand mara tal-politika Margarita Lopez u saret l-iskjava tagħha. "Kont naħdem 18-il siegħa kuljum, inaddfilha u noħdilha ħsieb liż-żewġ uliedha li kienu jabbużżaw minni i jġagħluni nieħu d-droga." Seuna wara security guard għenha biex taħrab u ħames snin wara l-istess gwardjan spiċċa bħala l-maħbub tagħha. L-istorja ta' Alicia hi waħda minn madwar 20,000 tfajliet taħt l-eta li jinbiegħu bħala skajvi tax-xogħol u sess fl-Amerka ta' Fuq.

 

More in Socjali