L-Etihad mistennija tixtri sehem sostanzjali mill-Air Malta

It-tħabbira uffiċjali mistennija ssir fil-jiem li ġejjin

Membri tal-cabin crew tal-linja tal-ajru Etihad
Membri tal-cabin crew tal-linja tal-ajru Etihad

Il-kumpanija tal-ajru Etihad Airways mistennija tixtri parti sostanzjali mil-linja tal-ajru nazzjonali Air Malta. Dan ġie rrapurtat fil-gazzetta Times of Malta, fejn qed jingħad ukoll li n-negozjati bejn iż-żewġ partijiet jinsabu kważi lesti, b'dawk min-naħa Maltija jitmexxew miċ-chaiman tal-Air Malta, Maria Micallef u uffiċjali għolja fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Il-gazzetta tkompli tirraporta kif it-tħabbira uffiċjali hija imminenti u mistennija ssir fil-ġranet li ġejjin, minħabba li fadal biss ftit dettalji x'jiġu diskussi.

Is-sorsi li tkellmu mal-gazzetta qalu li Etihad Airways se tkun qed tinvesti ammonti sostanzjali, anke minkejja li se tkun shareholder minimu.

Il-Gvern kien ħabbar diversi drabi li l-Air Malta se tkun qed tibqa żżomm il-maġġoranza tal-ishma fil-kumpanija, iżda xorta waħda se jkun hemm bidla sostanzjali ta' kif taħdem il-linja tal-ajru nazzjonali.

B'hekk, dan ikompli jsostni l-aħbarijiet maħruġa fil-gazzetta MaltaToday fit-8 ta' Novembru,li qalet kif l-Etihad hija l-kumpanija preferuta għal sħab fl-Air Malta, u l-gazzetta ILLUM tal-1 ta' Novembru li fiha wriet kif l-Etihad kienet waħda mill-kumpaniji preferuti għal sħab strateġiċi mal-Air Malta.

More in Socjali