Saint James ma jikkonfermawx rapporti li dehru f’media lokali

Kelliema għal St James jgħidu li ma jistgħux jikkonfermaw li Pierre Baldacchino għamel kuntatt

Pierre Baldacchino (fin-nofs), flimkien ma' Josie Muscat, is-sid tal-Isptar St. James
Pierre Baldacchino (fin-nofs), flimkien ma' Josie Muscat, is-sid tal-Isptar St. James

Ikkuntatjata mill-gazzetta ILLUM, kelliema mill-Isptar ta’ Saint James f’Malta qalet li ma tistax tikkonferma li Pierre Baldacchino, il-manager tal-Isptar Saint James fil-Libja li nħataf nhar it-tnejn li għadda waqt li kien sejjer id-dar bil-karozza, fil-fatt għamel kuntatt mal-isptar fi Tripli. Raporti li dehru minn xi sorsi tal-Gvern indikaw li Pierre Baldacchino għamel kuntatt mal-Isptar Saint James fil-Libja u qal li jinsab f’kundizzjoni tajba.

Meta illum.com.mt staqsiet għal aktar dettalji dwar il-każ huma qalu li minħabba kwistjonijiet ta’ sigurta personali ta’ Baldacchino ma jistgħux jiżvelaw dettalji dwar is-sitwazzjoni tiegħu.

More in Socjali