Malta l-ewwel fl-Ewropa kontra terapiji fuq il-gays

Konsultazzjoni pubblika dwar abbozz ta' liġi li tagħmel illegali 't-terapija ta' kura' fuq il-gays

Matul din il-ġimgħa tressaq abbozz ta' liġi fil-Parlament li kapaċi tagħmel lil Malta l-ewwel pajjiż li tagħmel 'it-terapija għall-kura tal-gays' illegali.

Il-Gvern ressaq abbozz ta' liġi intitolat 'Affirmation of Sexual Orientation, Gender Identity and Gender Expression’, li għandu l-għan li jsir illegali, l-hekk imsejħa 'terapija ta' kura fuq il-gays.'

Ħafna jikkunsidraw li l-prattika li tipprova 'tfejjaq' is-sesswalità ta' xi ħadd, hi xi ħaġa li ma tagħmilx sens u tagħmel id-danni, però għadha trid issir illegali f'ħafna pajjiżi.

Il-Ministru Helena Dalli ppreżentat dan l-abbozz fil-Parlament sabiex isir l-ewwel qari, biex b'hekk, it-'terapija tal-konverżjoni' tibda tiġi kkunsidrata bħala xi ħaġa li tagħmel il-ħsara.

Infetħet ukoll konsultazzjoni pubblika dwar il-kwistjoni, liema konsultazzjoni mistennija tibqa' miftuħa għal xahar. Is-sit ta' din il-konsultazzjoni jispjega li din l-hekk imsejħa 'terapija' hija, "perikoluża għas-saħħa mentali tal-indiviwu u s-saħħa fiżika, u li f'xi drabi, tista' twassal għas-suwiċidju.

S'issa kienu erbgħa, l-istati Amerikani li għamlu din it-terapija illegali u fl-Ewropa, Malta mistennija tkun l-ewwel waħda.

Dan il-pass importanti qed jiġi rrappurtat f'diversi siti internazzjonali.

Fil-Parlament Ingliż mistennija tiġi kkunsidrata 'private member's bill', imma l-Gvern Ingliż sostna li 'm'hemmx pjanijiet għal issa' li jillimita jew jagħmel illegali din it-'terapija' permezz ta' leġiżlazzjoni.

L-Ingliterra, li kienet l-aqwa pajjiż Ewropew dwar id-drittijiet LGBT, tilfet postha biex Malta telgħet fl-ewwel post.

More in Socjali