Xow taċ-ċirklu b'xejn b'risq l-Inspire

Gran Circo Zavatta jorganizzaw xow b'xejn illum fil-5.30pm

Il-klijenti tal-Inspire, il-familji tagħhom, kif ukoll il-pubbliku ġenerali huma mistiedna jgawdu xow mingħajr ħlas tal-Gran Circo 

Zavatta, illu il-Ħamis 17 ta' Diċembru. Min jixtieq jista’ jagħti donazzjoni lill-Inspire, iżda d-dħul għax-xow tal-5:30 ta’ wara nofsinhar ser ikun mingħajr ħlas.

Il-Gran Circo Zavatta huwa l-aktar ċirku antik fid-dinja, u din is-sena qed jiċċelebra l-200 sena minn mindu twaqqaf.  Ix-xows qed jittellgħu fil-Marsa matul l-istaġun tal-festi, sa nhar il-Ħadd 3 ta’ Jannar. Attrazzjonijiet speċjali jinkludu karattri għat-tfal, buffi, balancing acts, xows tal-maġija, tfigħ tas-skieken, fire eaters u r-Rota tal-Mewt.

Il-pubbliku hu mistieden jirriserva post għax-xow mingħajr ħlas ta nhar il-Ħamis 17 ta’ Diċembru, fuq in-numru tat-telefon 20928100.

More in Socjali