[Vox Pop] Il-Milied tal-Maltin...bla Bambin?

L-ILLUM niżlet fit-toroq tal-Belt Valletta u staqsiet lill-Maltin jekk għadhomx iżejnu darhom bil-Presepji u Bambini? Jaħsbu li dawn it-tradizzjonijiet jistgħu jintilfu?

Ritratti u Filmati: Ray Attard
Ritratti u Filmati: Ray Attard

Dwal, siġar tal-Milied, Christmas Fathers u tinsel. F’dan iż-żmien tas-sena, bosta mid-djar u t-toroq ikunu maħnuqa b’dawn id-dekorazzjonijiet, b’xi djar jidhru mimlijin daqs bajda u m’għandhomx post fejn ipoġġu iktar armar. Iżda f’dan kollu, in-nies isibu post sabiex jarmaw xi maxtura bil-Bambin jew xi presepju li juri verament x’festa tkun qed tiġi ċċelebrata?

Il-gazzetta ILLUM staqsiet diversi nies fil-Belt Valletta dwar it-tradizzjonijiet tagħhom relatati mat-tiżjin fi djarhom f’dawn iż-żminijiet, u jekk dawn għadhomx isibu post għall-presepju jew bambin fost id-dekorazzjonijiet tagħhom. Din il-gazzetta staqsiet ukoll jekk jaħsbux li t-tiżjin sar jintrama iktar qabel minn kif kien jintrama żmien ilu. F’pajjiżi oħra bħall-Ingliterra, it-tiżjin fil-ħwienet, reklami u l-bumbardamenti dwar il-Milied, jibdew sa mill-aħħar ta’ Ottubru, kif sostniet waħda mill-persuni li rrispondew għad-domandi tal-ILLUM.

More in Socjali