Ira Losco fost il-finalisti tal-Malta Eurovision

20 finalist se jikkompetu biex jirrapreżentaw lil Malta fl-Iżvezja

Ritratt: Mario Mintoff/Photocity
Ritratt: Mario Mintoff/Photocity

Waqt il-programm Xarabank tal-bieraħ filgħaxija, tħabbru l-20 finalist li se jkunu qed jikkompetu biex jirrapreżentaw lil pajjiżna fil-Eurovision li din is-sena se jkun qed isir l-Iżvezja.

Fost il-finalisti, li wħud minnhom huma wċuħ ġodda, wieħed isib bosta wċuħ familjari mal-Eurovision bħal Lawrence Gray, Christabelle u Corazòn. 

L-unika kantanta li għandha iktar minn diska waħda fil-finali hi l-eks rebbieħa tal-istess festival, Ira Losco.

Is-semi finali u l-finali se jkunu qed isiru fit-22 u t-23 ta' Jannar li ġej fis-sala ta' Dar il-Mediterran għall-konferenzi.

Il-kanzunetti li għaddew għall-finali huma:

Corazon Mizzi – Falling Glass

Brooke Borg ­– Golden

Deborah C  – All around the world

Lawrence Gray – You’re Beautiful

Ira Losco - That's Why I Love You


Raquel Galdes – Flashing Lights

Kimberley Cortis – Lighthouse

Jessika – The Flame

Maxine Pace  – Young Love

Jasmine Abela – Alive

Dominique Azzopardi – Empty hearted

Dominic – Fire Burn

Daniel Testa – Under the Sun

Franklin Calleja – Little Love

Ira Losco – Chameleon (Invincible)

Dario Mifsud Bonnici – I Love You

Stefan Galea – Light up my life

Danica Muscat – Frontline

Christabelle Borg – Kingdom

 Sarah Crystal – Right here with you 

More in Socjali