'Nistgħu ngħixu magħkom għal dejjem ta' dejjem issa!'

L-isbaħ rigal li setgħu jirċievu...il-karti tal-adozzjoni

It-tfal jirċievu dawn ir-rigali imprezzabbli
It-tfal jirċievu dawn ir-rigali imprezzabbli

Tlett itfal jingħataw rigal li tellagħhom is-sema bil-ferħ meta l-ġenituri foster tagħhom tawhom kaxxa kull wieħed b'rigal li kien se jbiddlilhom ħajjithom. 

Michael u Sarah Perks, koppja Amerikana li kellhom fil-kustodja tagħhom tlett itfal, taw ir-rigal tal-addozzjoni lil dawn it-tlett aħwa meta rregalawlhom il-karti uffiċjali li għamluhom it-tfal tagħhom. 

It-tfal mingħajr ma riedu nfexxew f'biki ta' ferħ u tgħanniq man-neo ġenituri tagħhom, li tawhom dan ir-rigal prezzjuż. 

It-tifel il-kbir waqt li nfexx f'biki ta' ferħ, qal lill-ġenituri tiegħu, "Jiġifieri issa se nkunu nistgħu ngħixu magħkom għal dejjem ta' dejjem issa?"

"Għadhom kemm waslu dawn il-karti...eżatt fiż-żmien tajjeb biex nagħtuhomlkom bħala rigal," qaltlu ommu.

Il-missier intema jgħid lil uliedu kemm iħobbhom, f'filmat li kienet ġibdet l-omm, waqt li tawhom dawn ir-rigali imprezzabbli.

It-tifel infexx f'tgħanniqa ma' missieru
It-tifel infexx f'tgħanniqa ma' missieru

More in Socjali