Raġel li qatel u fera nies f'ċentru tal-abort qal li ġġieled għat-trabi

Robert Dear kien daħal fil-klinika, qatel tlieta u fera disa'

Robert Dear ammetta li hu ħati li qatel tliet persuni inkluż pulizija u fera disa' min-nies, u dan wara li kien daħal f'ċentru tal-abort u qabad jispara fuq in-nies li kien hemm.

"Jiena ħati, u mhux se jkun hemm ġuri. Jiena kont qed niġġieled għat-trabi." Dan kien kliem Dear fil-Qorti meta l-prosekuturi qalulu bil-kawżi kollha li kienu qed jinġiebu kontrih.

Huwa kien qed jiġi akkużat li qatel tlieta min-nies fi klinika tal-'Planned Parenthood' f'Colorado, li għaliha huwa qal li kien il-ġellied għat-trabi. Kontra Dear, kienu qed jinġiebu 179 kawża.

Dear, fil-Qorti kompla jgħid li kienu jsiru atroċitajiet fuq it-trabi, u kien propju dan li ried iwaqqaf.

 

More in Socjali