Front Ħarsien ODZ jitlob għal bojkott fuq Montekristo

Il-Front jgħid li dan il-post huwa 'monument ta' illegalitajiet'

Front Ħarsien ODZ talab biex il-Gvern, il-poltiċi kollha, il-President, l-entitajiet pubbliċi, l-partiti poliċi u s-soċjetà ċivili in ġenerali, kif ukoll il-pubbliku sabiex jibbojkotja lil Montekristo Estates.

Dan qaluh fi stqarrija fejn sostnew li, "Montekristo estates huma monument ta' illegalitajiet, żviluppi irregolari u infurzat fallut." Il-Front kompla jsostni li ġaladarba l-Gvern u l-MEPA m'għandhom l-ebda pjan jew inizjattica li jieħdu azzjoni kontra dan il-post, "nistiednu lil kull min għadnu l-ambjent għal qalbu, biex jagħmel bojkott lil Montekristo estates."

More in Socjali