Tintemm l-ewwel konferenza nazzjonali dwar l-Animal Welfare

Konferenza li ġġib fi tmiemha ġimgħa ta' taħriġ speċjalizzat

Illum saret l-ewwel konferenza nazzjonali dwar il-ħarsien t’annimali li qed iġġib flimkien l-istakeholders kollha f’dan is-settur, fosthom ħaddiema tal-Animal Welfare, tal-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili, NGOs u studenti tal-MCAST fost l-oħrajn.

Din il-konferenza qed tiġi fl-għeluq ta’ ġimgħa ta’ taħriġ speċjalizzat lill-uffiċċjali konċernati. Dan kien jinkludi taħriġ dwar handling ta’ annimali perikolużi u rettili, handling ta’ annimali taħt stress, l-ewwel għajnuna u after-care, u użu ta’ tgħammir apposta u iġjene fost suġġetti oħra. Għal dan il-għan inġiebu żewġ esperti mir-Renju Unit.

Fid-diskors tal-ftuħ ta’ din il-konferenza, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes elenka l-importanza ta’ aktar taħriġ  lill-uffiċċjali tal-ħarsien tal-annimali, li jiltaqgħu ma’ diversi sitwazzjonijiet diffiċli ta’ kuljum.

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes żied jgħid li permezz ta' dan il-proġett (valur ta’ €22,000 minn fondi Ewropej), se tiġi mnedija kampanja ta' informazzjoni fuq skala Nazzjonali fl-iskejjel u l-Kunsilli Lokali.

More in Socjali