Jiżbroffa l-Etna...mistenni jasal xi rmied lejn Malta

Ilbieraħ filgħaxija żbroffa kratier mill-vulkan Sqalli 

Għall-ewwel darba f'sentejn, il-kratier Voragine tal-vulkan Etna żbroffa u mela s-sema Sqallija bi spettaklu ta' nar u lava. Dehru ukoll tip ta' sajjetti żgħar li jinħolqu xi drabi fi żbroffi simili.  

L-attività vulkanika bdiet madwar xahar ilu, imma l-isplużjonijeit vulkaniċi kienu wisq żgħar sabiex jilħqu l-quċċata, kif seħħ ilbieraħ.

Din l-attività vulkanika mistennija toħloq irmied fis-sema, liema rmied kapaċi jasal anke lejn Malta, però dan għandu jkun ftit li xejn minħabba li kurrenti ta' riħ mill-Punent għandhom itajru din l-isħaba ta' rmied.

More in Socjali