Mara liebsa niqab tirraporta l-għassa li ġiet insulentata u l-pulizija tgħidilha: 'Ma tagħtihx tort hux'

Tikteb ittra lil Marlene Farrugia u titlobha li toħroġ għal elezzjoni biex titkellem f'isem il-verita

Marlene Farrugia irċeviet ittra mingħand persuna li skont il-kitba tidher li hi maltija, li hi Musulmana u tilbes in-niqab. Din marret tixtri flimkien ma' binha  u ġiet insulentata minn raġel. Irrapurtat l-għassa u l-pulizija mara qaltilha li ma tagħtix tort lil dan ir-raġel. Barra hekk qalet li kienet qed issuq għall-iskola u waqqafha pulizija tat-traffiku u qalilha 'ara din x'iħalluha tilbes'. Din hi l-ittra sħiħa li kitbet lil Marlene Farrugia.

'Sinjura Farrugia, l-ewwel haga nixtieq nirringrazzjak ta dan ix-xoghol tieghek, kemm rigward l-ambjent li qisna nilghabu bih biss nafu fil-politika, u kemm rigward in-nisa, li jilghabu bihom l-irgiel sahamsitra fil-parlament. Il-problema ta' nisa ttrattati hazin hawn Malta enormi.

Ha nitolbok support ghax inti tista taghmel differenza vera. Jien nipproponi li jigu edukati l-pulizija f'Malta. Il-bierah, jien u ibni ta' sentejn u nofs konna s-supermarket nixtru, u meta bdejt inhallas, gie ragel fuqi u beda jghid li jien illegali, liebsa illegali ( jien nilbes niqab) u f'daqqa wahda pprova jwaqqaf lill cashier milli taqdini. Beda jghajjat biex ibezzghani u biex igib lin-nies kontrijja. Jien bdejt nitlob li jieqaf, kellimtu meta kien hdejja, imma ghalxejn. Hrigt sal karozza u sibtu qrib u ghadu jikkummenta. Ibni beda jghidli 'ibza, ibza'.

Mera ghidt lir ragel aktar tard, b'roghda fuqi li qatt ma hassejt f'hajti, qalli mmorru nirrappurtaw il pulizija. Morna. Irrappurtajna, jien kellimt lill din il-mara pulizzija u qaltli: ' Ma taghtihx tort hux!' Hassejtni qeghda nkellem lill Dalli &co. Dak il-hin.

Illum kellhom icempluli fit-8.00 u ghadni qed nistenna. Nahseb ma lahqux jaraw il-video forsi. Ma nafx.

Ftit ilu, kont qed insuq lejn l-iskola ta' wliedi u pulizija nizzel rasu livell mal-hgiega tal-karozza u qal: 'Ara din x'qed ihalluha tilbes!' U kompla jghid imbarazz iehor ma' siehbu pulizijja. Kienu tat-traffic dawn. Timmagina li kieku kelli bzonn assistenza kif kienu jgibu ruhhom?

Jien ghandi pulizija fil-familja tieghi. Naf xi ftit fuq il-kors li jiehdu. Mhux bizzejjed, la biex jigu protetti n-nisa u lanqas biex tigi vera rispettata l-ligi.

Jien inheggek ghall haga wahda, ippermettili. Please ohrog ghall elezzjoni li jmiss u halliek titkellem ghall verita bhall ma qed taghmel diga. Ghandna bzonn aktar bhalek biex nirnexxu hawn Malta.'

More in Socjali