[Vox Pop] Iż-żgħażagħ iħossuhom siguri meta jmorru Paceville?

Fid-dawl tal-inċidenti u l-ġlied li jinqalgħu Paceville, is-sigurtà tinħass fost iż-żgħażagħ

Iż-żgħażagħ u s-sigurtà f'Paceville • Ritratti u Filmat: Ray Attard
Iż-żgħażagħ u s-sigurtà f'Paceville • Ritratti u Filmat: Ray Attard

L-oqsma tas-saħħa u sigurtà f’postijiet ta’ divertiment, jista’ jkun li mhux dejjem ikunu prijorità, speċjalment f’żoni bħal Paceville. Dan jixduh is-74 persuna li spiċċat imweġġa’, uħud minnhom b’mod gravi fl-inċident li seħħ bejn il-lejl tas-Sibt u l-Ħadd tal-ġimgħa li għaddiet. Inċident, li seta’ kien ferm iktar traġiku. Fid-dawl ta’ dan u tal-fatt li prattikament kull ġimgħa tinqala’ xi ġlieda jew oħra fit-toroq ta’ Paceville, l-ILLUM għamlet żjara fl-Università ta’ Malta sabiex tistaqsi liż-żgħażagħ li jiffrekwentaw dawn il-postijiet ta’ divertiment dwar is-sigurtà preżenti. Huma ġew mistoqsija jekk meta jmorru Paceville, iħossuhomx li huma siguri u jekk l-inċident tal-ġimgħa li għaddiet hux se jġegħelhom jaħsbuha darbtejn qabel jiddeċiedu li jmorru jqattgħu xi lejl ta’ divertiment ma’ sħabhom f’Paceville.

More in Socjali