1110 divorzji f'Malta fi 3 snin

Sa tmiem Ottubru ta' din is-sena kien hemm 340 divorzju

It-total ta' divorzji f'Malta f'dawn l-aħħar tliet snin, jiġifieri bejn l-2013 u tmiem Ottubru tal-2015 kien ta' 1,110. 

Dan ħareġ f'mistoqsija Parlamentari li saqsta d-deputat Laburista Silvio Parnis lill-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela.

L-għola rata ta' divorzju fit-tliet snin imsemmija kienet fl-2013, b'391 divorzju. Fl-2014 kien hemm 379 divorju, filwaqt li sal-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena, kien hemm 340 divorzju.

More in Socjali