Jinstab passaport Sirjan fuq wiħed mill-agressuri tal-attakk f'Pariġi

Wieħed mill-aggressuri li splodew lilhom infushom, instablu passaport Sirjan

Il-Pulizija Franċiża sabet passaport Sirjan fuq wieħed il-kadavru ta' wieħed mill-aggressuri tal-attakk imdemmi fi Franza li seħħ ilbieraħ filgħaxija.

Dan il-passaport Sirjan instab fuq wieħed mill-persuni li kellhom bomba suwiċida fuqhom li splodew lilhom infushom qrib il-grawnd tal-futbol ta' Stade de France.

Dan l-attakk s'issa ħalla diġà 128 vittma waqt li 180 jinsabu midruba, b'99 minnhom jinsabu f'qagħda kritika.

Il-President Francois Hollande qal li dan l-attakk sar mill-grupp tal-Istat Iżlamiku.

More in Socjali