Il-karozzi tac-CHOGM se jiġu rkantati għall-karità

78 karozza lussuża tad-ditta Volvo se jiġu rkantati b’risq il-Malta Community Chest Fund u l-Istrina

Il-karozzi lussużi tat-tip Volvo li se jintużaw waqt iċ-CHOGM
Il-karozzi lussużi tat-tip Volvo li se jintużaw waqt iċ-CHOGM

It-78 karozza lussuża tad-ditta Volvo li se jintużaw waqt l-Valletta Summit dwar l-Immigrazzjoni u l-Laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth se jiġu rkantati b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Il-karozzi tat-tip Volvo XC60 u Volvo S60 se jkunu mezz ta’ trasport għall-kapijiet tal-gvernijiet u se jkunu misqjuqa minn persuni speċifikamenti mħarrġa mill-Forzi Armati ta’ Malta.

L-irkant se jseħħ fil-5 ta’ Diċembru fl-MFCC, Ta’ Qali. Il-karozzi li se jiġu rkantanti li huma kollha ġodda fjamanti, se jintużaw biss għal tliet ijiem matul l-avvenimenti msemmija.

Il-karozzi se jkunu disponibbli għal kull min hu interessat biex jipparteċipa fl-irkant, fil-MFCC matul il-ġimgħa qabel il-5 ta’ Diċembru.

Il-prezzijiet għall-bidu tal-irkant jinkludu kontribuzzjoni ta’ €2,500 għal kull vettura lill-Istrina.  Il-Malta Community Chest Fund  se tkun qed tieħu l-ammont kollu li se jinġabar ’il fuq minn dawn il-prezzijiet. L-offerti għal Volva XC60s se jibdew minn €32,500 filwaqt li l-offerti għal Volva S60 se jibdew minn €30,500.

More in Socjali