Tfajjel irid iwassal il-grazzi lejn Puttinu

Il-ġenituri tiegħu jgħidu li grazzi għal puttinu iffrrankaw £3,500 

Il-ġenituri ta' Yann Spiteri bagħtu ringrazzjalment lil media biex jasal għand il-poplu kollu. Il-messaġġ hu dan:

"Nixtiequ nghidu GRAZZI mill-qalb lil Puttinu Cares ta' l-ghajnuna kollha li tawna f'dan il-mument tant difficli ghall-familja taghna. Ghadna kif morna hames gimghat l-Ingilterra biex it-tifel taghna ikun jista jiehu l-kura u qaghdna fil-flats ta' Puttinu. Progett imprezzabbli li dawk li jaghmlu uzu minnu jistghu jifhmu kemm min imexxi din l-organizzazzjoni veru jifhem x'inhuma il-bzonnijiet f'dan il-mument li l-familji jghaddu minnhom.

 

~  Il-hsibijiet fuq il-mard specjalment fuq it-tfal huma kbar. Il-fatt li ma kellnix noqghodu nahsbu biex insibu  fejn irridu noqghdu diga kienet bicca xoghol li nehhewlna minn fuq mohhna.

~  l-ispejjez biex tikri huma wkoll kbar. Biex tikri ghal hames gimghat mill inqas tigik 3,500 sterlina minghajr ghadek ma missejt ma l-ikel etc.

 

Prosit lil Puttinu u nheggu biex in-nies ikomplu jghinu minn qalbhom lil Puttinu Cares halli jkomplu ghinu izjed familji"

More in Socjali