Sqallija mifnija bil-problemi....Qgħad rekord u meqjusa bħala l-agħar reġjun fl-Unjoni ewropeja

Mhux ta' b'xejn l-Isqallin ġejjin Malta

In-nies li jaħdmu bi qliegħ fi Sqallija bejn dawk li għandhom 24 sena sa 64 sena hu biss ta' 42.4% u hu l-inqas mir-reġjuni kollha tal-Unjoni Ewropeja. U dan iweġġa ħafna l-Isqallin meta jafu li dawk li jaħdmu fin-naħa ta' fuq, lejn Bolzano ix-xogħol hu ta' 76.1%.

Sitt reġjunijiet fl-ewropa skont il-Eurostat għandhom rata ta' nies jaħdmu inqas minn 50% u erba' minnhom jinsabu fl-Italja, Puglia (45.7), Campania (42.7), Kalabrija (42.6) u Sqallija (42.4), l-oħrajn huma r-reġjun ta' Ceuta fi Spanja u Dytiki Ellada fil-Greċja. 

Interessanti l-fatt hu li l-inqas rata ta' nisa jaħdmu huma wkoll Sqallin fejn hemm biss 29.6% ta' nisa jaħdmu bi qliegħ. L-Italja għandha wkoll l-akbar rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ bejn il-15 u l-24 sena: b'Kalabrija 59,7% quddiem it-12,4% ta' qgħad fin-naħa ta' Bolzano.

Dan kollu juri d-differenza li jagħmlu 60 kilometru ta' baħar fejn Malta qed tgawdi b'nuqqas kbir ta' qgħad u b'ekonomija li dejjem qed tikber u Sqallija qed togħdos fi problemi kbar ekonomiċi. Dan juri wkoll l-influss qawwi ta' Sqallin li qed jiġu Malta jfittxu x-xogħol u jiftħu diversi ristoranti f'Malta u jħaddmu diversi żgħażagħ Sqallin magħhom.

More in Socjali