L-apparenza u l-effett tagħha fuqna ... illum fuq Reazzjoni

Il-programm Reazzjoni fuq ONE
Il-programm Reazzjoni fuq ONE

Reazzjoni jerga’ jirritorna illum fuq One, din id-darba se nkunu qed nitkellmu dwar l-apparenza u d-dehra fiżika u  l-impatt li din tħalli fuq in-nies ta’ madwarek.   Se naraw esperiment soċjali fejn zewg nisa, waħda helwa u ohra inqas li jkollom bżonn l-għajnuna u naraw ir-rispons minn naħa tan-niesu  jekk kien affetwat mid-dehra tal-persuna.  Taħsbu li dik li kienet l-aktar ħelwa se tingħata l-għajnuna aktar malajr mill-mara l-oħra minħabba l-apparenza tagħha?  

Matul il-programm se nurukom ukoll filmat mill-isbaħ tal-gżejjer Maltin matul ir-rokna Malta mill-Ajru, rokna li se tkun magħna kull gimħatejn u se jiehu ħsieba Steve Zammit Lupi.

Reazzjoni illum fil-4.45pm fuq One bi prezentazzjoni u produzzjoni ta’ Kevin Mercieca.  Sibna fuq facebook u idhol fil-pagna taghna ‘Reazzjoni’ biex tkun taf aktar dwar il-programm.

 

More in Socjali