“Lil ibni ridt nipproteġih akkost ta’ kollox, anke kieku tlift iż-żwieġ”

Omm titkellem dwar l-esperjenza tagħha minn meta binha qalilha li kien ‘gay’ 

Lil  hinn miċ-ċelebrazzjonijiet u l-listi u l-gay prides hemm realtà ta’ mijiet ta’ ġenituri li matul is-snin għaddew jew qed jgħaddu minn martirju emozzjonali għax qed isibuha wisq diffiċli li jifhmu kif it-tifel jew it-tifla tagħhom hija gay. L-ILLUM tkellem ma’ Josianne Peregin li f’dan il-qasam żgur illi kapaċi sservi ta’ dawl għal dawk il-ġenituri li forsi bħalissa huma wisq imtaqqla b’weġgħat u dubji biex jifhmu li fil-verità l-esperjenza li għaddejjin minnha tista’ ssaħħaħhom mhux tkissirhom.

Għal Peregin it-triq ma kinitx dejjem faċli u f’mumenti partikolari waqt l-intervista l-emozzjoni kienet evidenti. Iżda ddeskriviet kif meta binha qallha li kien gay, hija nsiet il-preġudizzji li taqqlulha moħħha dwar persuni LGBT, u minn dak il-ħin bdiet taħseb il-ħin kollu dwar il-ġid ta’ binha. Minn dak li qalet lil dan il-ġurnal huwa ċar li minkejja, kif stqarret hi stess, li qabel kienet tħares lejn l-omosesswalità bħala xi ħaġa “diżgustanti” meta din is-sitwazzjoni ġiet f’ħoġorha hija libset l-kappell ta’ omm u qagħdet maġenb it-tifel tagħha, f’kull sens. “Tlabt ħafna u bkejt ħafna u ftit sigħat wara li qalli t-tifel lanqas norqod ma stajt għax bdejt naħseb kif se ngħid lil żewġi. Iżda mbagħad iddeċidejt li jiġri x’jiġri jien irrid inkun maġenb ibni f’mument daqshekk diffiċli għalih. Ridt nipproteġih akkost ta’ kollox, anke jekk dan kien ifisser li nitlef iż-żwieġ tiegħi”, sostniet Peregin.

Iżda minkejja l-mumenti xejn feliċi u diffiċli fil-bidu Peregin tispjega kif l-mument li binha qallha li huwa gay fil-verità saħħaħ ir-relazzjoni tagħhom it-tnejn daqs kemm qatt kienet b’saħħitha qabel. 

 

Intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Socjali