Ċelebrazzjonijiet taż-żwieġ fl-ajru

Pilota u membru tal-Cabin Crew tal-Air Malta jiċċelebraw b'titjira forma ta' qalb
 

Ir-rotta tal-ajruplan
Ir-rotta tal-ajruplan

Koppja li għadha kif iżżewġet iċċelebrat iż-żwieġ tagħha b'titjira romantika minn Malta - li ħadet il-forma ta' qlub fuq il-Mediterran.

It-titjira KM14JC setgħet tidher bħala "JUST MARRIED" fuq il-monitor tal-wasliet fl-ajruport ta' Malta. Kelliema għall-Air Malta qalet li l-miżżewġin huma pilota u membru tal-cabin crew, li kienu qed jiċċelebraw iż-żwieġ tagħhom - liema tieġ sar fl-ajruport stess aktar kmieni lbieraħ."

Żiedet tgħid li l-mogħdija tal-ajruplan kienet "viċin ta' Sqallija - sabiex ikunu jistgħu jaraw l-Etna mit-twieqi - naħseb kienet titjira romantika ħafna." temmet tgħid lil Sky News.

 

More in Socjali