Għażel li jmut wara li jsellem lit-tim tiegħu

You'll Never Walk Alone Lorre

Flimkien ma' bintu mar jara l-aħħar darba lit-tim tiegħu fl-azzjoni
Flimkien ma' bintu mar jara l-aħħar darba lit-tim tiegħu fl-azzjoni
Il-partitarji bil-banner 'You Will Never Walk Alone - Lorre
Il-partitarji bil-banner 'You Will Never Walk Alone - Lorre

Partitarju tal-futbol Belġjan kellu appuntament biex jieħu injezzjoni letali wara li għażel li jmut taħt il-liġi tal-ewtanasja minħabba l-marda terminali li kellu. Iżda iddeċieda li jtawwal mewtu b’ġurnata u qabel imut ried imur jara għall-aħħar darba lit-team tiegħu Brugges jirbaħ.
Lorenzo Schoonbaert ta’ 41 sena mar l-istadium nhar il-Ħadd ġurnata qabel miet biex jarahom jilagġbu kontra Moeskroen flimkien ma’ bintu ta’ seba snin, Dina u kien hu li saffar il-bidu tal-partita.
Schoonbert li hu mlaqqam bħala Lorre għaddha minn 37 operazzjoni għalxejn fl-aħħar 20 sena u taħt il-liġi tal-ewtanasja fil-Belġju kellu dritt jagħżel  li jmut b'injezzjoni letali mogħtija mit-tobba
Id-data oriġinali kellha tkun il-Ħadd iżda hu xtaq jara lit-tim ta’ qalbu jirbaħ qabel imut. Fil-ground kien hemm 20,000 partitarju li ħarġu banner bil-kitba ‘You Never Walk Alone Lorre’  Fejn mill-VIP raha lit-team tiegħu jirbaħ bli skor ta’ 3-0. Wara bid-dmugfħ f’għajnejh sellem lil club li tant kien iħobb. “Il-ħolma tiegħi twettqet, issa nista mmut fil-paċi.”
 

Player ta' Brugges jgħid li kien mument li ma jinsih qatt meta sellem lil Lorre għall-aħħar darba
Player ta' Brugges jgħid li kien mument li ma jinsih qatt meta sellem lil Lorre għall-aħħar darba

More in Socjali