Żwiemel setgħu ntużaw biex tiddaħħal id-droga f’Malta

Każi ta’ droga moħbija f’kapsoli fl-istonku tal-annimali...

Spiss ikunu arrestati persuni, l-aktar barranin, fuq traffikar ta’ droga f’pajjiżna li jinqabdu li jkunu daħlu d-droga f’kapsoli fl-istonku tagħhom. Iżda t-traffikanti tad-droga ma jużawx biss persuni, imma wkoll annimali fosthom żwiemel.

Minn stħarriġ li għamlet din il-gazzetta sibna li mhux l-ewwel darba li l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga kellha informazzjoni dwar kif żwiemel setgħu ntużaw biex tiddaħħal id-droga f’Malta.

Sorsi li tkellmu magħna qalulna li peress li l-istonku taż-żiemel huwa ferm akbar minn dak uman, it-traffikanti jabbużaw billi jużaw kapsoli kbar fl-istonku taż-żiemel li naturalment ikollhom ammonti ikbar minn dak li jista’ jdaħħal persuna.

Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija kkonfermawlna li mhux l-ewwel darba li l-Pulizija kellhom din l-informazzjoni, imma skont l-istess sorsi s’issa qatt ma kien hemm riżultati pożittivi. L-istess sorsi komplew jispjegaw li madwar sentejn ilu kienet saret tfittxija intensiva wara informazzjoni anonima li waslet għand il-Pulizija, iżda anke dakinhar ma kienet instabet l-ebda droga. 

 

Iżjed fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Socjali