Voluntier waħdu jnaddaf post storiku fir-Rabat

Paul Grima magħruf bħala Mr Cool naddaf l-Għajn tal-Ħasselin fir-Rabat

L-Għajn tal-Ħasselin kif inhi mnaddfa
L-Għajn tal-Ħasselin kif inhi mnaddfa
Kif kienet
Kif kienet

Sit fuq Facebook immexxija minn Christopher Farrugia bl-isem ta' 'People who like or live in Rabat' nhar l-Erbgħa ħareġ ritratt fejn Rabti, ċertu Anthony Falzon ilmenta mal-awtoritajiet li l-Għajn tal-Ħasselin li kunsill lokali preċedenti kien taha ħajja ġdida, reġgħet ġiet mitluqa b'ħaxix ħażin imdawwar magħha (araw ritratt).

Lanqas għaddew erbat ijiem u l-Għajn tal-Ħasselin ġiet qisha ġdida. Paul Grima, Rabti li jħobb verament ir-Rabat, magħruf bħala Mr Cool, minn jeddu qabad u naddaf l-Għajn tal-Ħasselin u l-istess Anthony Falzon poġġa ritratt tal-Għajn tal-Ħasselin nadifa u faħħar il-ġest ta' Paul Grima.

Kieku jkun hawn ħafna aktar nies bħal Paul Grima żgur li Malta jkun pajjiż aktar nadif u isbaħ u nies bħal dan għandhom jiġu apprezzati anke billi jingħata xi ġieħ partikolari favur l-ambjent.

More in Socjali