Apprezzament Manni Spiteri

Kondoljani lill-familja ta' Manni Spiteri

Manni Spiteri
Manni Spiteri

L-aħbar tal-mewt ta’ Manni Spiteri waslitli b’ħasda. Kont niltaqa’ miegħu minn żmien għall-ieħor fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira, fejn it-tnejn li aħna konna niċċekkjaw kemm għandna bżonn warfarina. Manni kien jidher dejjem tajjeb ħafna u ma tilifx l-ispark li kellu dari.

Dawk tal-ġenerazzjoni tiegħi, il-baby boomers, jiftakruh bħala attur tar-radju u tal-palk. Eluf kienu jistennew l-episodji fejn Manni kien jinterpreta l-protagonist fis-serje Il-Farfett l-Aħdar. U forsi l-aqwa moment tiegħu għall-palk kien fil-parti ewlenija fid-dramm psiko-kriminali L-Ewwel Jien! ta’ Ġużè Diacono. Manni ħaqqu li ma jintesiex fejn tidħol l-istorja tat-teatru Malti.

Insellem il-memorja ta’ Manni Spiteri u noffri l-kondoljanzi tiegħi lill-familja tiegħu.

More in Socjali