Mario
Azzopardi

Mario Azzopardi kien pijunier tal-letteratura u t-teatru l-ġdid f'Malta fit-tieni nofs tas-snin sittin. Kien il-viċi ċermen tal-Moviment Qawmien Letterarju, li kellu l-iskop li jġib aġġornament radikali tal-letteratura lokali. Azzopardi ħadem f'diversi ġeneri tat-teatru esperimentali, komunitarju u politiku u kien fost dawk li introduċew f’Malta t-Teatru tat-Triq. Bejn l-1987-1992 mexxa l-kumpanija-skola Politeatru, bil-għan li jwassal it-teatru impenjattiv għand il-klassi tal-ħaddiema. Ħadem bħala l-ewwel koordinatur tal-Politika Kulturali ta' Malta (2001) u kien l-ewwel relatur Malti għall-Kunsill tal-Ewropa, fil-proġett EricArts ta' Brussell. Ħoloq diversi proġetti konġunti teatrali ma' pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u ħadem f'inħawi bħall-Italja, Franza, l-Awstrija, is-Slovakkja, il-Polonja, il-Latvja, l-Estonja u l-Litwanja. Ħareġ diversi kotba ta' poeżiji u ngħata l-Premju Letterarju Nazzjonali erba' darbiet. L-aħħar proġett tiegħu għat-teatru jinvolvi analiżi dwar id-divertiment tal-Maltin fl-Awstralja (2013). marazzom@go.net.mt

Opinjoni | Il-kuxjenza muta u lluppjata
Għarqa riċenti ta’ 31 immigrant fit-territorju marittimu Libjan
Opinjoni | L-arena tad-diskussjoni
F’Malta nilmentaw li s-satira niggieża hi nieqsa ħafna tant li ħafna...
Opinjoni | Daphne ttrivjalizzata
Mario Azzopardi jagħti ħarsa lejn aspetti differenti kif ukoll fuq rapport...
Opinjoni | L-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia
Mario Azzopardi jgħid li l-assassinju ta' ġurnalista li ma kinitx...
Opinjoni | Kliem iebes dwar l-ambjent
Mario Azzopardi jgħid li ta’ min jara x’inhuma l-effetti fuq...
opinjoni | Mill-ġdid: l-inċidenti tat-traffiku
Mario Azzopardi jgħid li t-toroq tagħna saru l-pista tal-mewt
opinjoni |  Trasferimenti skandalużi fil-futbol
'Il-45,000 dilettant tal-futbol li ppakkja l-istadium Parc des Princes...
opinjoni | Id-diżastru tal-MATSEC
'Għal dan il-falliment xi ħaġa gravi qed tiġri żgur. Minkejja...