L-Imħallef Giovanni Grixti ordna lill-Avukat Ġenerali biex tagħti partijiet mill-inkjesta Vitals lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat.
Dan filwaqt li għamilha ċara li jingħata biss il-partijiet li jirreferu għalih.
L-Imħallef ħa din id-deċiżjoni wara li l-avukati ta’ Muscat qalu li ma jistgħux jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom jekk mhux se jaraw l-inkjesta.
L-Avukat tal-Istat ingħata biss erbat ijiem ċans biex jappella din id-deċiżjoni.
Muscat jirrifjuta jixhed
Minkejja li ngħata ċans ieħor biex jixhed, Muscat irrifjuta.
Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, fil-każ miftuħ minn Muscat stess, semgħet kif l-eks Prim Ministru ma attendiex din is-seduta minkejja li l-marixxal tal-Qorti sejjaħ ismu diversi drabi.
Il-każ ikompli f’Ġunju.
L-Imħallef Giovanni Grixti qed jippresiedi l-kawża.
L-avukat Vince Galea u Charlon Gouder qed jirrappreżentaw lil Muscat.
L-avukat James d’Agostino qed jirrappreżenta l-Avukat tal-Istat.