ATTENTI: Raġel b'wiċċu mgħotti qed jipprova jiffroda n-nies fuq Whatsapp

Ċempilek dan in-numru? Twiġibx! • Il-Pulizija ta' Malta toħroġ twissija wara li raġel b'linja barranija jipprova jiffrodi xi nies bil-Whatsapp billi juża l-arma tal-Korp

l-Pulizija għadha qed tirċievi diversi rapporti dwar telefonati (video calls) li qed isiru fuq il-pjattaforma whatsapp. (Ritratti: Pulizija / Facebook)
l-Pulizija għadha qed tirċievi diversi rapporti dwar telefonati (video calls) li qed isiru fuq il-pjattaforma whatsapp. (Ritratti: Pulizija / Facebook)

Raġel b’wiċċu mgħotti u liebes simili bħal pulizija qed iċċempel numru ta’ persuni f’Malta bl-għan li jiffroda xi vittmi.

Twissi lill-pubbliku għal dan, il-pulizija kkonfermat li dan ir-raġel qed jipprova jċempel b’video minn pjattaformi bħal whatsapp.

In-numru ta’ dan ir-raġel huwa barrani, iżda tidher fih l-arma tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.

Min iwieġeb jista’ jinnota lir-raġel liebes bħal uniformi, simili ta’ dik tal-pulizija Maltija. Huwa jistaqsihom biex jgħaddulu dettalji relatati mal-bank u l-karti tal-kreditu.

Il-Pulizija wissiet li t-telefonati mhux qed isiru minnha u għalhekk appellat lill-pubbliku biex jinjorahom.

More in Qrati u Pulizija