Raġel li sawwat l-ommu waqt li kien taħt l-effetti tad-droga jsawwat l-ommu jingħata sentenza sospiża

Il-Qorti semgħet kif il-ġenituri tar-raġel, ta’ 46 sena minn Ħal Lija, ħafrulu iżda ma jixtiequx li jmur id-dar tagħhom għax ‘jibżgħu minnu’

Raġel ta’ 46 sena, minn Ħal Lija, qal lil Qorti t-Tlieta, li ddispjaċih li weġġa l-ommu ta’ 80 sena, waqt li kien taħt l-effetti tad-droga.

Il-pulizija akkużaw lir-raġel, li ismu mhux jixxandar fuq ordni tal-qorti, li akkuża lil vittma ġrieħi, li uża fuq il-vittma vjolenza repetuta kemm fiżika u mentali, insulta l-vittma, u intimidaha.

Il-każ seħħ fis-16 ta’ Frar li għadda u minn dakinhar l-akkużat inżamm l-isptar Monte Carmeli minħabba vizzju akut ta’ teħid tad-droga.

L-avukat tal-familja spjega kif il-ġenituri, ħafrulu, iżda ma jriduhx id-dar minħabba li jibżgħu minnu.

Il-Prosekuzzjoni qalet li kien ġie arrestat dakinhar stess imma kien fl-aħħar sigħat li l-psikjatra tal-isptar Monte Carmeli qal li seta’ jitressaq il-qorti.

Il-Maġistrat tagħtu sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal 4 snin u ordnatlu trattament minħabba l-abbuż tad-droga u wkoll ordni ta’ trażżin fil-konfront tal-ġenituri tiegħu.

Għalissa l-akkużat jibqa’ jieħu l-kura l-Isptar Monte Carmeli.

More in Qrati u Pulizija