Raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin talli attakka żewġ adoloxxenti

Ir-raġel daħal fil-proprjetà u attakka liż-żewġ aħwa ta’ 12 u 15-il sena b’sikkina; sorsi jissupettaw li kien taħt l-effett tad-droga waqt l-inċident 

Raġel ta’ 43 sena mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin biex jiffaċċja akkużi b’rabta ma’ daqqiet ta’ sikkina lil ta lil żewġt ibniet adoloxxenti nhar is-Sibt.

Sorsi qrib l-investigazzjoni qed jissuspettaw li r-raġel kien taħt l-effett tad-droga waqt l-inċident. 

Skont stqarrija uffiċjali maħruġa mill-pulizija, is-Sibt għall-ħabta tas-1:30pm, il-pulizija marru jagħtu l-assistenza f'residenza fi Triq San Tumas, il-Marsa. 

Huwa mifhum li r-raġel huwa s-sieħeb ta' omm il-vittmi, li daħal fil-proprjetà u attakka liż-żewġ aħwa, ta’ 12 u 15-il sena b’sikkina.

It-tfajliet kienu ttieħdu b’ambulanza l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn waħda mil-bniet kellha bżonn tingħata kura intensiva.

Żagħżugħ ta’ 14-il sena li kien ukoll kien ġewwa l-proprjetà fil-ħin tal-attakk ġie assistit għat-trawma li ġarrab. 

More in Qrati u Pulizija