Raġel iweġġa’ gravi wara waqgħa

Raġel mill-Polonja ta’ 23 sena, waqa’ minn għoli f’xaft fir-residenza tiegħu f'Kerċem, Għawdex

It-Tnejn, għall-ħabta tal-5:30am, il-Pulizija ġiet infurmata mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li ftit ħin qabel iddaħħlet persuna għal kura wara inċident f’residenza fi Pjazza San Girgor, Kerċem, Għawdex.

Minn investigazzjoni preliminari li saru rriżulta li raġel mill-Polonja ta’ 23 sena, waqa’ minn għoli f’xaft fir-residenza tiegħu. 

Wara li ngħata l-assistenza medika fuq il-post, huwa ttieħed l-isptar għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija