Eks-rebbieħa tal-bowling issotni li sofriet danni wara 21 sena ta' prosekuzzjoni “malizzjuża”

L-ittra ġudizzjarja tappella lill-Kummissarju tal-Pulizija, lill-Avukat tal-Istat u lill-Avukat Ġenerali biex jergħu r-responsabbiltà għall-ksur u biex isolvu t-talba tagħha għad-danni, jew jiffaċċjaw azzjoni legali

Eks-rebbieħa tal-bowling, Sue Abela, qed tfittex lil-Awtoritajiet sabiex jerfgħu r-responsabilità għad-danni li sofriet.

Abela kienet ġiet illiberata minn kull responsabilità kriminali wara 21 sena ta’ proċeduri fil-qorti. Hija kienet allegatament involuta f’konfoffa relatata mat-traffikar tad-droga. Abela qed titlb lill-awtorijiet jerfgħu responsabilità għal ħsarat li sofriet permezz tal-prosekuzzjoni “malizzjuża” li għadiet minnha. 

Sue Abela, rebbieħa għal seba’ darbiet tal-Isportiva tas-Sena u rebbieħa ta’ Ġieħ ir-Repubblika fl-1999, qed issostni li l-prosekuzzjoni tagħha mhux biss kienet umiljanti u inġusta iżda kienet ukoll ammontat għal ksur tad-drittijiet fundamentali tagħha.

Fl-2002 Abela kienet ġiet mixlija, flimkien ma’ 18-il persuna oħra, b’involviment f’konfoffa għat-traffikar ta’ xi erba’ kilogrammi ta’ kokaina u kilogramma ta’ kannabis f’Malta u l-Italja. Abela kienet dejjem iġġieldet għall-innoċenza tagħha u ċaħdet l-akkużi.

Wara li ġiet illiberata mill-Qorti tal-Maġistrati, l-Avukat Ġenerali kien ressaq appell li kien ġie miċħud f’Settembru 2023 mill-Qorti tal-Appell Kriminali, li kkonfermat l-innoċenza tagħha.

L-eks rebbieħa tal-bowling ressqet ittra ġudizzjarja quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fejn sostniet li kienet ġiet ittrattata b’mod inġust fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija u sofriet umiljazzjoni minħabba l-kawża kriminali, u li tħammġitilha r-reputazzjoni tagħha bħala sportiva magħrufa.

Madankollu, l-avukat ta’ Abela, Edward Gatt, mar pass ‘il quddiem, fejn allega li hi u s-suspettati l-oħra kienu vittmi ta’ prosekuzzjoni malizzjuża. Dan bil-fatt li l-kawża kriminali damet 21 sena sabiex tiġi riżolta u fisser li minħabba ma kienx tort ta’ Abela għal dan id-dewmien, id-drittijiet fundamentali tagħha nkisru tort tat-tul eżaġerat sakemm ġew konklużi l-proċeduri. 

L-ittra ġudizzjarja tappella lill-Kummissarju tal-Pulizija, lill-Avukat tal-Istat u lill-Avukat Ġenerali biex jergħu r-responsabbiltà għall-ksur u biex isolvu t-talba tagħha għad-danni, jew jiffaċċjaw azzjoni legali.     

Nathaniel Falzon mill-AG assista wkoll lill-prosekuzzjoni.

More in Qrati u Pulizija