Jintbgħat 34 sena ħabs għall-qtil ta' Victor McKeon

 Il-katavru nstab imgeżwer f’boroż taż-żibel suwed f'dar f'Santa Luċija, f’Marzu 2020

Il-Qorti kkundannat lil Samir Almiri ta’ 41 sena għal 34 sena ħabs għall-qtil ta’ Victor McKeon. 

Almiri, oriġinarjament mil-Libja, kien ġie estradit lejn Malta mill-Marokk f’Diċembru 2020, biex jaffaċċja akkuża ta’ qtil. Huwa mifhum li biddel il-motiv inizjali tiegħu u ppreżenta ammissjoni bħala parti minn ftehim milħuq mal-Avukat Ġenerali.

L-Imħallef Natasha Galea Sciberras ikkundannat lir-raġel għal 34 sena ħabs.

L-Avukat Daniel Attard assista lill-imputat.

Il-vittma tiegħu, pensjonant Victor McKeon, miet wara li ntlaqat f’rasu u kien fgat. Il-fdalijiet ta’ Mc Keon kienu nstabu fl-ex dar ta’ Almiri f’Misraħ Dorell, Santa Luċija, f’Marzu 2020. Il-katavru nstab imgeżwer f’boroż taż-żibel suwed u tħalla fil-kamra tal-banju tad-dar tiegħu. Il-kawża tal-mewt ġiet stabbilita permezz ta’ awtopsja.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija indikaw li s-suspettat kien ħarab lejn il-Marokk qabel ma nstab il-katavru.

Almiri ġie arrestat f’Casablanca sitt ijiem wara u kien estradit lejn Malta.

More in Qrati u Pulizija