Aktar minn 300 akkużat irċevew sentenzi sospiżi fl-2023

Id-data ikkonfermat li b’kollox 307 individwu ngħataw sentenzi sospiżi mill-Qrati Maltin, filwaqt li 15 irċevew sentenzi sospiżi mill-Qrati ta’ Għawdex

Aktar minn 300 akkużat fil-qorti rċevew sentenzi sospiżi fl-2023. Din l-informazzjoni ġiet żvelata waqt mistoqsija parlamentari. 

B’kollox, 307 individwu ngħataw sentenzi sospiżi mill-Qrati Maltin, filwaqt li 15 irċevew sentenzi sospiżi mill-Qrati ta’ Għawdex.

Id-deputat tal-PN Jerome Caruana Cilia ressaq din il-mistoqsija lill-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard.

Id-data li ġiet ppreżentata kkonfermat li l-individwi kollha nstabu ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.

More in Qrati u Pulizija