Sewwieq ta' mutur iweġġa' gravi f'inċident tat-traffiku

Raġel mill-Bulgarija ta' 37 sena ttieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi wara ħabta ma' karozza fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi

Raġel mill-Bulgarija ta' 37 sena u residenti San Pawl il-Baħar, għal xi 8:45am ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 39 sena residenti Ħad-Dingli, u mutur misjuq mir-raġel.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija