Mara tweġġa' gravi wara ħabta ma' vann

Mara ta’ 63 sena, residenti Birżebbuġa, li kienet qed issuq mutur weġġgħet gravi wara ħabta ma' vann f'Birżebbuġa stess

It-Tnejn, għall-ħabta tat-tmienja ta' filgħodu, mara ta’ 63 sena residenti Birżebbuġa, ittieħdet l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara kienet qed isuq mutur meta kellha impatt ma’ vann misjuq minn raġel ta’ 47 sena residenti in-Naxxar.

Il-mara ngħatat l-għajnuna fuq il-post minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet ċċertifikat li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija