36 persuna ntsabu jgħixu Malta b'mod irregolari

Wara spezzjoni konġunta bejn il-Pulizija u l-Uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, 36 persuna qed jinżammu f'ċentru ta' detenzjoni wara li nstabu jgħixu Malta b'mod irregolari 

Is-Sibt filgħodu 36 pesuna inġabru mill-Pulizija għaliex kienu qed jgħixu f’Malta b’mod irregolari.

Din l-ispezzjoni twettqet wara jiem ta' stħarriġ b'ħidma konġunta bejn il-Pulizija u l-Uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni.

35 mill-persuni miġbura kienu rġiel ta’ nazzjonalità Sirjana u persuna mill-Gambja.

L-ispezzjonijiet kienu ffokati fil-Ħamrun, Santa Venera u l-Imsida u huma parti minn sensiela ta’ spezzjonijiet bil-għan li jkun assigurat li persuni li qed jgħixu f’pajjiżna għandhom id-dokumenti validi u l-permessi meħtieġa.

Dawn il-persuni issa qed jinżammu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni u se jibqgħu jinżammu fiċ-ċentru sakemm ikunu ritornati lejn il-pajjiż li ġew minnu.

Il-Korp tal-Pulizija se jibqa’ għaddej bi spezzjonijiet kontinwi fil-qalba tal-komunitajiet.

More in Qrati u Pulizija