Jinstab katavru fil-baħar fl-inħawi ta’ Wied ix-Xaqqa

Is-Sibt, il-Pulizija ġiet infurmata b'katavru il-baħar fi stat ta'  dekompożizzjoni avvanzat fl-inħawi ta’ Wied ix-Xaqqa, Birżebbuġa

Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Jintlemaħ katavru fil-baħar fi stat ta' dekompożizzjoni avvanzat fl-inħawi ta’ Wied ix-Xaqqa, Birżebbuġa. 

Is-Sibt, għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata u malli kisbet din l-informazzjoni marret malajr fuq il-post fejn sabet il-katavru fil-baħar. 

Għaldaqstant intalbet l-assistenza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-katavru ttella’ fuq lanċa tal-Protezzjoni Ċivili fejn dan iddaħħal mal-moll fil-Bajja ta’ San Ġorġ, f’Birżebbuġa.

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-ġisem huwa ta’ raġel, però mistennija ssir awtopsja fuq il-katavru bil-għan li tiġi stabbilità l-identità u l-kawża tal-mewt peress li nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni.

Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonjieti tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija