Il-Qorti tordna t-tfittxija ta' Benjamin Zammit Tabona

Zammit Tabona, ta' 50 sena minn Tas-Sliema, qed jiġi mfittex b'rabta ma' kawża pendenti fil-Qorti

Il-pulizija qed titlob lill-pubbliku biex jinstab Benjamin Zammit Tabona. It-talba qed issir b'ordni ta’ maġistrat b’rabta ma’ kawża pendenti fil-Qorti.

Zammit Tabona, ta' 50 sena minn Tas-Sliema kien ammetta li ffroda erba' min-nies fl-2017. Huwa kien irċieva sentenza sospiża.

Kull min għandu kwalunkwe tip ta' informazzjoni huwa mitlub jċempel, anke b'mod anonimu, fuq 2122 4001 jew 119, jew inkella tirrappurtaw fl-eqreb għassa tal-pulizija. 

Il-pubbliku qed jintalab jikkwota n-numru 4/2024

More in Qrati u Pulizija