Anzjan iġarrab ġrieħi serji wara li intlaqat minn mutur

Anzjan ta’ 78 sena residenti l-Imġarr, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Għajn Tuffieħa

Anzjan residenti l-Imġarr qed jiġġieled għal ħajtu wara li għall-ħabta ta’ nofsinhar ta' nhar il-Ħadd ttajjar minn mutur fl-Imġarr.

L-inċident seħħ fi Triq Għajn Tuffieħa, l-Imġarr.

Il-Pulizija qalet li l-vittma ta’ 78 sena ntlaqat minn mutur Kawasaki li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 33 sena li joqgħod il-Mellieħa.  Fuq il-post ġiet msejħa l-ambulanza fejn tim mediku assista lill-vittma.

Aktar tard l-anzjan ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi. Intant, is-sewwieq tal-mutur qed jirċievi kura medika wara li ġarrab ġrieħi ħfief.

Il-Maġistrat Joseph Gatt ġie infurmat bl-inċident u fetaħ inkjesta, hekk kif l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija