Sun Growers Farm CHRA ressaq protest ġudizzjarju kontra l-ARUC

Sun Growers Farm CHRA, l-Erbgħa ressaq protest ġudizzjarju kontra l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), fejn stqarr li dam xhur jistenna tweġieba għall-permess sabiex titwaqqaf assoċjazzjoni tal-kannabis f’Għawdex

Razzett tal-kannabis ressaq lill-awtoritajiet il-Qorti fejn sostna li qatta’ iktar minn erba’ xhur jistenna l-permess sabiex titwaqqaf assoċjazzjoni tal-kannabis f’Għawdex.

Sun Growers Farm CHRA, l-Erbgħa ressaq protest ġudizzjarju kontra l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi Rebecca Buttigieg, u l-Ministru tal-Intern Byron Camilleri.

Fid-dokument, Sun Growers Farm qal li kien applika biex iwaqqaf assoċjazzjoni tal-kannabis f’Għawdex f’Mejju 2023. Dan kien segwit minn diskussjonijiet twal mal-ARUC bil-għan li ssir assoċjazzjoni tal-kannabis liċenzjata.

F’Awwissu li għadda, ir-razzett irċieva numru ta’ rakkomandazzjonijiet u korrezzjonijiet mill-ARUC sabiex l-operat tagħhom ikun konformi mal-liġi u r-regolamenti applikabbli. 

Sun Growers sostna li implimenta ir-rakkomandazzjonijiet mingħajr dewmien u li għarraf lill-ARUC b’dan permezz ta’ email aktar tard dak l-istess xahar.

Iżda erba’ xhur wara, r-razzett qal li baqa’ bla tweġieba mingħand l-ARUC. 

L-attur irrimarka li organizzazzjonijiet oħra kienu rċevew risposta fi żmien qasir , filwaqt li sostna li sofra trattament diskriminatorju. 

Sitt assoċjazzjonijiet tal-kannabis: KDD Society, Ta’ Zelli, Sprawt, Northern Lights, NEGE, u Pollen Theory, ġew liċenzjati sal-lum. 

Huma mistennija jkunu f’pożizzjoni li jibdew ibiegħu l-prodotti tagħhom fix-xhur li ġejjin.

Il-protest ġudizzjarju jispjega li Sun Growers Farm kien diġà nefaq ammont sostanzjali sabiex iħejji għan-negozju. 

Il-protest ġudizzjarju wissa li l-ftehimiet kienu jfissru li s-sitwazzjoni ma setgħetx tibqa’ fil-limbu, filwaqt li Sun Growers kellu jerġa’ joħroħ somom addizzjonali ta’ flus biex iżomm lill-fornituri interressati. 

Il-protest ġudizzjarju talab tweġiba mill-ARUC fi żmien ġimagħtejn, li fin-nuqqas tagħha kien se jsegwi aktar azzjoni mill-qorti.

More in Qrati u Pulizija