Raġel iweġġa’ gravi f’inċident l-Mosta

Raġel ta' 60 sena mill-Mosta tilef il-kontroll tal-karozza u baqa' dieħel f'ħajt fi Triq id-Difiża Ċivili, il-Mosta, wara ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji

Il-Ħamis, kmieni filgħodu għal xi s-siegħa neqsin kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq id-Difiża Ċivili, il-Mosta.

Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li raġel ta’ 60 sena li joqgħod il-Mosta stess, kien qiegħed isuq karozza, tilef il-kontroll u ħabat ġo ħajt.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

More in Qrati u Pulizija