Tifel ta' 6 snin iweġġa' gravi wara li waqa' għoli ta' 2 sulari

Tifel ta' 6 snin iweġġa' gravi wara li waqa' għoli ta' żewġ sulari minn fuq il-bejt tar-residenza fis-Swieqi

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-erbgħa u kwart ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’residenza fi Triq il-Madliena, is-Swieqi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li tifel ta’ 6 snin, weġġa’ wara li waqa’ madwar 2 sulari minn fuq il-bejt tar-residenza.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin

More in Qrati u Pulizija